Uffiċjal Anzjan (Midja Soċjali u l-Marketing Diġitali)

Numru tal-Permess tal-Jobsplus: 656/2025

Il-MICAS qed jiftaħ sejħa għal applikazzjonijiet għall-kariga ta’ Uffiċjal Anzjan (Midja Soċjali u Marketing Diġitali). Dan l-irwol huwa fuq bażi full-time u huwa suġġett għal perjodu ta’ prova ta’ tnax-il (12) xahar.

L-Uffiċjal Anzjan (Midja Soċjali u Marketing Diġitali) jirrapporta lill-Maniġer tal-Komunikazzjoni u l-Marketing u lill-Kap Eżekuttiv. Ikun meħtieġ itella’ powsts fuq Facebook u Instagram kull ġimgħa, imexxi l-kontenut tal-midja soċjali biex jippromwovi l-MICAS u l-avvenimenti waqt li wkoll joħloq u jaġġorna l-kalendarju tal-midja soċjali. Dan l-irwol huwa qabelxejn prattiku u jinvolvi ħidma bħala parti minn tim.

 

Ir-Responsabbiltajiet Ewlenin 

  • Midja Soċjali – Responsabbli minn powsts kull ġimgħa fuq il-paġni ta’ Facebook u Instagram.
    • Ħruġ ta’ rapporti analitiċi kull ħmistax.
    • Jittellgħu powsts minn żmien għal żmien fuq LinkedIn.
    • Jinħolqu paġni fuq Twitter u TikTok f’isem il-MICAS.
    • Ibboostjar tal-powsts skont il-baġit stipulat.
    • Aġġornament tan-nefqa fil-baġit tal-powst ibboostjat.
  • Diskussjoni, ippjanar u ħolqien ta’ kontenut attraenti fuq il-midja soċjali biex jiġi promoss l-proġetti u l-avvenimenti tal-MICAS.
  • Ħolqien u aġġornament tal-kalendarju tal-midja soċjali viżibbli għat-tim kollu fuq il-Google Drive.
  • Aġġornament mal-aħħar xejriet u pjattaformi tal-midja soċjali.
  • Kontribut għall-komunikazzjoni u l-ippjanar, il-kalendarju u l-istrateġija tal-marketing.
  • Dokumentazzjoni u segwiment kull ġimgħa tal-proġetti tal-MICAS, permezz tal-vidjografija u l-immaġnijiet, ipprovduti mill-fotografu/a u l-vidjografu/a tal-MICAS.
  • Segwiment tas-sigħat li jaħdmu.
  • Segwiment tal-fatturar u l-pagament tagħhom.
  • Żgurar kull xahar li l-MICAS għandu l-immaġnijiet tal-binja, u l-wirjiet ġewwa.
  • Żgurar li l-fotografu/a u l-vidjografu/a huma disponibbli għal tragwardi ġodda.
  • Għajnuna eċċellenti lill-komunitajiet fuq il-midja soċjali tal-MICAS li jinsabu fuq Facebook, Twitter, Instagram, LinkedIn, u YouTube permezz ta’ moderazzjoni u rispons fil-ħin u b’mod inkoraġġanti.
  • Ippjanar, ħolqien, u twassil ta’ kontenut fuq il-midja soċjali li huwa attraenti, kreattiv u mmirat għall-udjenza, skont il-linji gwida tal-branding u l-ambizzjonijiet u l-objettivi usa’ organizzattivi.
  • Sorveljanza u żamma ta’ sistema ta’ ppjanar għall-komunikazzjoni diġitali għal timijiet differenti u tmexxija tal-ippjanar u l-laqgħat tal-għarfien espert kull ġimgħa.
  • Kontribut għall-kejl kontinwu u l-evalwazzjoni tal-attività tal-midja soċjali tal-MICAS u ħidma fuq modi ġodda biex jidher l-impatt.
  • Twettiq ta’ komunikazzjoni interna biex jiġu mmotivati l-persunal u l-voluntiera tal-MICAS bl-għan li tikber l-attività fuq il-midja soċjali.
  • Ħidma mas-superjuri biex jinżammu l-politiki, il-proċeduri u l-linji gwida tal-midja soċjali aġġornati u biex ikun żgurat li dawn jiġu kkomunikati b’mod effettiv.
  • Ġibda ta’ traffiku lejn il-paġni tal-midja soċjali u s-sitweb tal-MICAS.
  • Preżentazzjoni ta’ rapport kull ħmistax dwar l-analitika tas-sitweb.
  • Attendenza għal korsijiet ta’ taħriġ kif mitlub.
  • Segwiment tal-fatturi maħruġa mill-fornituri assenjati lilu/ha.
  • Ħolqien ta’ titlu għal blogs u pubblikazzjoni ta’ powst darba fix-xahar.
  • Użu tal-blogs bħala bulettini li jinħarġu kull xahar.
  • Segwiment ta’ artikli biex ikunu lesti għal pubblikazzjonijiet u rivisti.
  • Ħruġ ta’ rapporti kull xahar għall-midja soċjali.
  • Ibboostjar tal-powst skont il-baġit stipulat.
  • Aġġornament tal-baġit.
  • Segwiment tal-aġġornamenti tal-immaġni kontinwi mill-vidjografi u l-fotografi.
  • Żgurar li l-fotografi u l-vidjografi huma disponibbli għal tragwardi ġodda.
  • Kwalunkwe kompitu ieħor li jista’ jiġi assenjat mill-Maniġer tal-Komunikazzjoni u l-Marketing u l-Kap Eżekuttiv biex jitwieżnu l-avvenimenti u l-proġetti mtellgħin mill-MICAS.

 

Il-Ħiliet u r-Rekwiżiti

Baċellerat rikonoxxut fil-Livell 6 tal-MQF (b’minimu ta’ 180 kretti skont l-ECTS/ECVET, jew ekwivalenti) fil-Komunikazzjoni, Marketing Diġitali, Ġestjoni, Akkwisti Pubbliċi, Politika Pubblika, Liġi, jew kwalifika professjoni komparabbli, kif ukoll għall-inqas esperjenza ta’ sena waħda (1) f’xogħol relevanti.

  • Interess/involviment fl-arti kontemporanja jew il-kultura ġenerali.
  • Ħiliet ta’ kitba mill-aqwa.
  • Għarfien tat-tħaddim tal-marketing tal-midja soċjali.
  • Għarfien ta’ tekniċi ta’ ottimizzazzjoni tal-magni tat-tiftix.
  • Għarfien tar-regoli tal-akkwisti pubbliċi.
  • Ħila ta’ ħidma taħt pressjoni u żamma ma’ skadenzi stretti, u tħaddim ta’ aktar minn proġett wieħed fl-istess ħin.
  • Komunikazzjoni interpersonali żviluppata sew.
  • Ħila ta’ segwiment ta’ ordnijiet u ħidma f’ambjent ikkordinat.
  • Ħiliet analitiċi b’saħħithom u mod ta’ ħsieb xprunat mid-data.
  • Esperjenza ppruvata ta’ twettiq ta’ marketing diġitali integrat.
  • Ħakma tal-programmi SEO/SEM.
  • Aġġornament mal-aħħar xejriet u l-aqwa prattiċi fil-marketing online u t-tkejjil tiegħu.
  • Ħila ta’ użu tal-Mailchimp jew emails.
  • Esperjenza fil-ħolqien ta’ kontenut tal-midja soċjali li jiġbed lin-nies u jħalli impatt permezz tal-Insight (vidjo, immaġnijiet, blogs, rakkuntar, vidjos lajv).
  • Esperjenza b’saħħitha fit-tmexxija komunitarja fil-kanali ewlenin tal-midja soċjali (Facebook, Twitter, Instagram).
  • Ħiliet ta’ kitba mill-aqwa u l-abbiltà li taqbad informazzjoni kumplessa u tibdilha f’komunikazzjoni aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali.
  • Fehim b’saħħtu tal-midja soċjali, u l-kanali u x-xejriet emerġenti.
  • Fehim tal-marketing marbut mal-mobajl – fosthom dak ibbażat fuq l-apps, logħbiet, il-lokazzjoni u l-SMSs.
  • Ħakma tal-Malti u l-Ingliż.

 

Is-salarju għal din il-kariga ta’ Uffiċjal Anzjan (Midja Soċjali u Marketing Diġitali) huwa ta’ €26,150 fis-sena. Dan huwa allinjat mal-Grad 6 fi ħdan il-Klassifikazzjoni tal-Organizzazzjonijiet Kulturali Pubbliċi u jinsab fi struttura li permezz tagħha s-salarju jiżdied b’€447 kull sena, sa massimu ta’ €28,832 (skont ir-rati tal-2025).

Il-kwalifiċi u l-esperjenza mistqarra jridu jiġu sostnuti b’ċertifikati u/jew testimonjanzi, u kopji tagħhom għandhom jinhemżu mal-applikazzjoni flimkien ma’ CV iddettaljata, ittra u fejn applikabbli Formola tas-Servizz u l-Liv (GP7). Dawn għandhom jintbagħtu lill-Maniġer tar-Riżorsi Umani permezz ta’ email indirizzata lil people@micas.art sa mhux aktar tard mit-Tnejn, 15 ta’ Settembru 2025, f’nofsinhar (CET).

Iċ-ċertifikati oriġinali u/jew it-testimonjanzi għandhom jintwerew għal verifikazzjoni waqt l-intervista. Ma tapplika ebda eċċezzjoni għal dan ir-rekwiżit.

F’każ ta’ impjegati fis-servizz jew is-settur pubbliku, dawn għandhom jippreżentaw ir-rekords tal-liv imħallas/mhux imħallas u r-rekords tal-liv minħabba mard ta’ dawn l-aħħar erba’ (4) snin, u jinkludu kwalunkwe rekord ta’ azzjonijiet dixxiplinarji li setgħu ttieħdu kontrihom (nuqqas ta’ dawn ir-rekords ifisser li ebda azzjoni dixxiplinarja ma qatt ittieħdet kontra l-kandidati).

Kull applikazzjoni li tasal tiġi rrikonoxxuta bi rċevuta.

L-applikanti eliġibbli jissejħu għal intervista mill-Bord tal-Għażla biex jiġi vverifikat kemm huma addattati biex jaqdu dawn id-dmirijiet imsemmija.

Skip to content