Conversations On The Rock

Taħdita: Art & Internationalisation: developing transnational platforms in local contexts (L-arti u l-internazzjonalizzazzjoni: l-iżvilupp ta’ pjattaformi transnazzjonali f’kuntesti lokali)

Data: Il-Gimgħa, it-12 ta’ Ottubru 2018 

Post:  l-Università ta’ Malta, l-Imsida

Moderatur: Carmen Sammut

Kelliema:  Georgina Portelli; Ronald Micallef; Catherine Tabone; Edith Devaney; Sara Dolfi Agostini; Hans Ulrich Obrist

L-arti tista’ tgħin b’mod trasformattiv lill-ħolqien u d-demokratizzazzjoni tal-ispazji, bħala operatur għal-libertà tal-espressjoni, l-aċċessibilità u l-opportunitajiet indaqs. Tista’ tiftaħ spazji ġodda għad-djalogu dwar futuri komuni filwaqt li tiċċelebra d-differenzi. Bis-saħħa tal-arti, nistgħu niddiżlokaw minn idea singulari tad-dinja billi ninteraġixxu mad-dinjiet soċjali multipli li timmedja. L-arti tista’ tnebbaħ, u għandha l-potenzjal li lill-interkonnettività tagħmilha viżibbli. Bil-kapaċità tagħha li tittrasforma u timmaġina mill-ġdid, tista’ tingaġġa mal-mistoqsijiet u l-isfidi l-kbar li li tħabbat wiċċhom magħha d-dinja.

F’dinja dejjem aktar interkonnessa iżda xorta imprevedibbli, fejn l-impatt tal-kunflitt u dawk ambjentali, ekonomiċi u soċjali mhumiex imliġġma mill-fruntieri nazzjonali, l-arti kif tista’ tibni l-pontijiet, il-fiduċja u r-relazzjonijiet tajbin bejn in-nies? Sa fejn għandu jkun rifless dan fil-politiku u l-azzjonijiet ta’ mużew ġdid għall-arti kontemporanja? L-arti verament għandha l-qawwa li iterativament taħseb lid-dinja mill-ġdid? Bis-saħħa tagħha fid-dinja u l-potenzjal tagħha bħala forza li tqanqal u tħarbat, l-arti wkoll tista’ tkun suxxettibbli għall-istrumentalizzazzjoni?  

Din l-attività kienet parti minn sensiela ta’ erba’ taħditiet li saru nhar it-12 u t-13 ta’ Ottubru 2018 bħala parti mit-tnedija tal-kunċett tal-MICAS. 

Share

Skip to content