Michele Oka Doner hija artista magħrufa mad-dinja b’karriera mifruxa fuq ħames deċennji. Xogħolha huwa xprunat minn studju u apprezzament tul ħajjitha tad-dinja naturali, minn fejn tislet il-vokabularju formali tagħha. Il-firxa tal-produzzjoni artistika tagħha tinkludi l-iskultura, it-tpinġija, l-arti pubblika, oġġetti funzjonali, video, arti tal-kotba, u d-disinn tas-sett u tal-kostumi.
Magħrufa għal bosta installazzjonijiet permanenti madwar l-Istati Uniti, fosthom Flight fir-Reagan International Airport, Arlington, VA; Radiant Site fl-istazzjon MTA ta’ Herald Square, New York; u l-mogħdija tal-bronż u t-terrazzo twila mil u kwart, A Walk on the Beach l-Ajruport Internazzjonali ta’ Miami.
Xogħol Oka Doner jinsab fil-kollezzjonijiet tal-MoMA, il-Metropolitan Museum of Art, il-Whitney Museum of American Art, l-Art Institute of Chicago, il-Musée des Arts Décoratifs (il-Louvre), il-V&A, il-mużewijiet tal-Universitajiet ta’ Michigan, Yale u Harvard, u d-Detroit Institute of Arts, fost oħrajn. Irċeviet bosta premiji, fosthom mill-United Nations Society of Writers and Artists, Pratt Institute, New York State Council of the Arts u n-Knight Foundation. Fl-2016 ingħatat dottorat onorarju fl-arti mill-Università ta’ Michigan fejn kienet kisbet l-ewwel lawrija u l-MFA. Bħalissa hija l-Artista Residenti tan-New York Botanical Garden. Oka Doner hija l-awtur jew is-suġġett ta’ bosta kotba, fosthom Everything Is Alive minn Regan Arts.
Imwielda u mrobbija Miami, għandha studio u residenza f’Soho, New York.
Ritratt; Marc Heldrens. Bil-permess ta Michele Oka Doner
Share
Operational Programme I – European Structural and Investment Funds 2014-2020 “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges”. Project may be part-financed by the European Regional Development Fund Co-financing rate: 80% European Union Funds; 20% National Funds.
Operational Programme I – European Structural and Investment Funds 2014-2020 “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges”. Project may be part-financed by the European Regional Development Fund Co-financing rate: 80% European Union Funds; 20% National Funds.
© Malta International Contemporary Art Space 2023
© Malta International Contemporary Art Space 2024
© Malta International Contemporary Art Space 2024