Il-Weekend Internazzjonali tal-Arti tal-MICAS

15-16 ta' Ottubru 2021

Share this page
Share on facebook
Share on twitter
Share on email

Bi pjaċir kbir inħabbru li t-tielet edizzjoni tal-Weekend Internazzjonali tal-Arti tal-MICAS se sseħħ fil-15 u s-16 ta’ Ottubru 2021. L-edizzjoni ta’ din is-sena se turi x-xogħol speċjalment ikkummissjonat Sea Cave (Entrance), biċċa speċifika għas-sit mill-artista kontemporanja ċelebri Cristina Iglesias fil-Ġnien ta’ Hastings, il-Belt Valletta. Iglesias oriġinarja tal-Pajjiż Bask u taħdem Madrid. L-artista (li twieldet fl-1956) toħloq spazji kontemplattivi profondi ta’ immaġinazzjoni bl-użu ta’ vokabularju skulturali uniku espress f’xogħol li jista’ jinstab fil-qalba tal-ibliet jew fuq gżejjer remoti. 

Cristina Iglesias iġġib fis-seħħ strutturi u installazzjonijiet fil-beraħ li jużaw l-ilma bħala element integrali li jħeġġeġ lill-konsumatur tal-arti isegwi ħosbien il-mixja tal-ilma u l-frugħ u l-mili tiegħu.  Iglesias toffri kompożizzjonijiet ta’ bosta saffi, tessituri, profonditajiet illusivi u sekwenzi kkreati: metafori għall-memorja, il-ħajja u l-kxif ta’ dak li hemm moħbi u mfannad taħtha. 

Il-Weekend Internazzjonali tal-Arti tal-MICAS tal-2021 sejra għalhekk tikxef bi kburija Sea Cave (Entrance) ta’ Cristina Iglesias bħala akkwist nazzjonali eċċitanti ġdid li se jibqa’ aċċessibbli għall-pubbliku biex iżuru u jgawdih fil-Ġnien ta’ Hastings. Ix-xogħol eventwalment se jiġi rilokat lejn il-Ġnien tal-Iskultura tal-MICAS fuq il-Kontrogwardja ta’ San Salvatore li tħares fuq il-Port ta’ Marsamxett. ARA L-AVVENIMENT

Il-Weekend Internazzjonali tal-Arti tal-MICAS 2021 se jipprovdi wkoll opportunità lill-udjenza tal-MICAS u lill-pubbliku biex jiltaqgħu personalment mal-artista u jisimgħuha titkellem dwar xogħolha. It-taħdita dwar l-arti ‘In Conversation with Cristina Iglesias’ se tkun immoderata mill-kuratriċi internazzjonali Edith Devaney u se ssir il-MUŻA, il-Belt Valletta fis-16 ta’ Ottubru 2021. ARA L-AVVENIMENT

Il-Weekend Internazzjonali tal-Arti tal-MICAS tal-2021 twettaq il-mandat tal-MICAS biex jesibixxi arti u artisti kontemporanji li qegħdin fuq quddiem tax-xena artistika dinjija, u taġixxi bħala pont mal-komunità tal-arti globali, filwaqt li tpoġġi lil Malta bis-sod fix-xena internazzjonali tal-arti.

Din l-attività qed tiġi appoġġata mill-Ministeru għall-Ġustizzja, il-Kultura u l-Gvern Lokali, idDirettorat għar-Restawr, l-Amabaxxata tar-Renju ta’ Spanja, l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta, Heritage Malta, Air Malta, u Marian Goodman Gallery.

Sign up for
our Newsletter

No spam included.