Bl-appoġġ għall-proġett MICAS, l-isponsors u d-donaturi jistgħu jagħtu kontribut vitali lit-twettiq tal-għanijiet ambizzjużi li fassal għalih innifsu dan il-proġett ta’ wirt u legat. Il-proġett MICAS se jkabbar il-preżenza ta’ Malta bħala ċentru għall-innovazzjoni kreattiva, u se jikkatalizza l-pajjiż bħala protagonist proattiv fid-dinja tal-arti kontemporanja, reġjonalment u internazzjonalment.
Il-missjoni tal-MICAS hija t-trobbija ta’ ekoloġija kulturali li tippermetti lill-udjenzi jesperjenzaw firxa wiesgħa ta’ xogħlijiet ta’ arti kontemporanja, flimkien ma’ li tibni l-pontijiet billi tkun pjattaforma għall-innovazzjoni, l-iskambju kulturali u d-dibattitu, u tipprovdi aċċessibbiltà għal parteċipazzjoni usa’ mill-udjenzi u l-involviment tal-komunità. Fuq kollox, ir-rwol edukattiv tal-MICAS huwa li jilħaq lit-tfal u liż-żgħazagħ bis-saħħa ta’ programmi u riżorsi ta’ tagħlim biex tikber l-esperjenza tagħhom tal-arti kontemporanja.
Għinna nwettqu l-viżjoni MICAS billi ssir sponsor jew donatur. Biex issir taf aktar dwar opportunitajiet ta’ sponsorizzazzjoni u donazzjoni, jekk jogħġbok ibagħtilna email fuq info@micas.art
European Union
Operational Programme I - European Structural and Investment Funds 2014-2020 "Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges". Project may be part-financed by the European Regional Development Fund Co-financing rate: 80% European Union Funds; 20% National Funds.