Stqarrija għall-Istampa: The MICAS International Art Weekend

10 ta’ Ottubru 2019

Ix-xogħol magħruf internazzjonalment ta’ Pierre Huyghe Exomind (Deep Water), li jinkludi skultura u doqqajs ħaj, se jinkixef matul il-MICAS International Art Weekend f’Malta nhar il-11 ta’ Ottubru 2019. L-avveniment huwa organizzat f’kollaborazzjoni mas-Serpentine Gallery ta’ Londra. Exomind (Deep Water) se jitqiegħed fl-ekosistema dinamika ta’ Wied il-Luq f’Buskett Gardens.

Din l-opra se tkun miftuħa għall-pubbliku mill-12 ta’ Ottubru 2019 sal-31 ta’ Jannar 2020. L-iskultura tikkonsisti minn skultura ta’ figura femminili mgħammda, donnha nieżla kohha. Rasha oskurata minn doqqajs, fejn hemm kolonja ta’ naħal Buckfast li jinsabu fi proċess kostanti ta’ bini u ta’ estensjoni tal-istruttura tagħhom. Dan it-tkabbir huwa possibbli biss bħala parti mill-proċess ta’ dakkir tal-fjuri fiż-żona, għalhekk il-modifika kostanti tiegħu hija espressjoni viżibbli tat-tħabbil ta’ forma waħda ma’ mijiet, jekk mhux eluf ta’ oħrajn. Il-fehim, il-komunikazzjoni u l-għarfien, kollha miżmuma simboliċi fil-moħħ, isiru eżo-menti f’ formazzjoni bla tmiem. Il-proġett huwa parti mill-iżvilupp taL-Malta International Contemporary Art Space (MICAS) li huwa skedat li jinfetaħ fil-Belt Valletta fl-2021. 

Dan se jkun l-ewwel mużew tal-pajjiż għall-arti kontemporanja internazzjonali li għall-ewwel darba se ġġib wirjiet u kollezzjonijiet internazzjonali ewlenin f’Malta, kif ukoll se juri ġenerazzjoni ġdida ta’ artisti Maltin kontemporanji. Il-proġett huwa wirt importanti tal-Belt Valletta bħala l-Kapitali Ewropea tal-Kultura 2018. 

Il-MICAS International Art Weekend qed jiġi organizzata bl-appoġġ tal-Air Malta, Heritage Malta, l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu, il-Ministeru għall-Ġustizzja, il-Kultura u l-Gvern Lokali, id-Direttorat għar-Restawr, l-ERA, Ambjent, il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi, u s-Superintendenza tal-Wirt Kulturali.

Xbiha: Exomind (Deep Water), 2017. Forma tal-konkrit b’xehda tax-xema’, kolonja tan-naħal. Korteżija tal-artist; Marian Goodman Gallery, New York; Hauser & Wirth, London; Esther Schipper, Berlin; Chantal Crousel, Paris; Taro Nasu, Tokyo; MICAS u The National Museum of Modern Art, Tokyo. Ritratt: Andrew Rizzo

Sign up for
our Newsletter

No spam included.