Raymond Pitrè ilu interessat fil-letteratura, fost l-oħrajn awturi bħal James Joyce, Marcel Proust u Gabriel García Marques, għall-esperimentazzjoni bil-kitba bħala r-reġistru ta’ ħsibijiethom. Il-kitba bħala mezz ta’ esplorazzjoni tar-realtà kienet xi ħaġa li Raymond Pitrè rnexxielu jittraduċiha fit-tpinġija. Huwa u jinnegozja u jfassal il-viżjonijiet tiegħu permezz tal-kostanza liminali li jsejħilha ‘il-mera li tgħawweġ, xogħlu jesprimi l-intensità tal-proċessi tal-ħsieb u l-istati emottivi tiegħu. B’xogħlijiet li jirkbu u jidhlu fuq xulxin, il-proċess ta’ riċerka ta’ Raymond Pitrè ifannad fil-memorja awtobijografika, waqtiet waħdiena estratti mill-kontinuum tal-esperjenza umana. It-traċċi, it-trawmi u l-intensament personali huma r-realtaijiet maqbuda fuq il-karta, il-plastik, il-kartun, il-kanvas u l-metall li jimmanifestaw f’oġġetti u xbihat intriganti, dettaljati u li spiss jaħsdu u jiskurmentaw.
MICAS in Conversation hija sensiela ta’ konverżazzjonijiet qosra bejn il-kritiku tal-arti Rajesh Punj u artisti Maltin u internazzjonali dwar l-effett implikanti tal-ispazju fuq il-prattika artistika tagħhom fl-isfond tal-pandemija tal-COVID-19 u dak kollu li ġġib magħha.
MICAS huwa proġett ta’ legat infrastrutturali mill-Gvern ta’ Malta għas-settur tal-Kultura u l-Arti. Il-MICAS se jitwettaq bis-saħħa ta’ restawr iffinanzjat mill-Istat ta’ swar storiċi u tal-galleriji tagħhom, u se jitlesta fl-2023. Dan il-proġett huma parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali – Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej 2014-2020.