Jekk il-minimaliżmu modern kien dwar l-irtir gradwali ta’ kollox mill-estetika, l-artist Irlandiż-Amerikan Sean Scully ried jinvolvi mill-ġdid f’xogħlu dawk ir-relazzjonijiet mitlufa mar-realtà. Kif jarah hu, il-minimaliżmu jsir ‘emozzjonali’, u Scully jinvolvi lilu nnifsu fl-espressività tat-teknika-cross-hatching, bħallikieku r-rettangoli msawra b’mod merħi u ta’  lewn kiesaħ huma b’xi mod sura ta’ spjegazzjoni tar- rankatura ta’ taqlib li għaddej f’moħħu u f’qalbu. L-interess tiegħu fil-verità qiegħed fir-rieda li għandu biex jemanċipa xogħlijietu mill-gaġġa à la Sol LeWitt li l-arti kellha tissoġġetta ruħa għaliha (filwaqt li taħt l-influwenza ta’ minimaliżmu aktar sever), u l-libertà li japplika lilu nnifsu b’mod li fi żmienhom irrifjutawh Ed Reinhardt u Barnett Newman. Scully jikkonċentra fuq is-sentimenti assoċjati tiegħu dwar il-materjali biex isejjaħ l-esperjenzi umani tiegħu bħala mezz ċert biex wieħed jidħol f’xogħlijietu.

MICAS  in Conversation hija sensiela ta’ konverżazzjonijiet qosra bejn il-kritiku tal-arti Rajesh Punj u artisti Maltin u internazzjonali dwar l-effett  implikanti  tal-ispazju fuq il-prattika artistika tagħhom fl-isfond tal-pandemija  tal-COVID-19 u dak kollu li ġġib magħha.  

MICAS huwa proġett ta’ legat infrastrutturali mill-Gvern ta’ Malta għas-settur tal-Kultura u l-Arti. Il-MICAS se jitwettaq bis-saħħa ta’ restawr iffinanzjat mill-Istat ta’ swar storiċi u tal-galleriji tagħhom, u se jitlesta fl-2022. Dan il-proġett huma parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali – Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej 2014-2020.

Vidjos Relatati

MICAS in Conversation: Phyllida Barlow

MICAS in Conversation: Caesar Attard

Vidjos Oħra

MICAS Starts its Conversation with the World

MICAS in Conversation: Anne Hardy

MICAS in Conversation: Michele Oka Doner

MICAS in Conversation: Sean Scully

MICAS in Conversation: Phyllida Barlow

MICAS in Conversation: Caesar Attard

MICAS in Conversation: Joana Vasconcelos

MICAS in Conversation: Raymond Pitrè

MICAS in Conversation: Idris Khan

MICAS in Conversation: Ruth Bianco

MICAS in Conversation: Conrad Shawcross - It-tieni Parti

MICAS in Conversation: Conrad Shawcross

MICAS ART TALKS

Art Talk: Artists and their Archives

Conversations on the Rock

Sign up for
our Newsletter

No spam included.