Ruth Bianco tqis l-interess tagħha fl-ispazju bħala ċentrali għall-prattika tal-arti tagħha u ta’ sehemha bħala edukatur. Il-MICAS, inkubat f’sit storiku b’arkitettura militari reżiljenti u formidabbli jfittex, permezz ta’ din l-interpretazzjoni mill-ġdid, li joħloq spazju kulturali biex l- arti xxettel u xxerred il-kreattività bejn il-viċinati, il-komunitajiet u l-fruntieri. Ix-xogħol ta’ Bianco, bl-installazzjonijiet u x-xogħlijiet awdjo u vidjo tagħha, huwa kkonċernat bil-kunċetti tal-“koreografija spazjali”, il-“collage”, u l-“ġeografija li jikkonnettu”. L-interessi tagħha bħala ideat jadottaw l-istess ġenerożità tal-iskambju soċjali li tipprevedi għall-MICAS.
Immexxija mill-kritiku tal-arti u l-kuratur Rajesh Punj, is-sensiela MICAS in Conversation tifforma parti mill-viżjoni tal-ipprogrammar tal-MICAS lejn it-trawwim ta’ ideat u esperjenzi ġodda li jippromwovu l-arti kontemporanja.
MICAS huwa proġett ta’ legat infrastrutturali mill-Gvern ta’ Malta għas-settur tal-Kultura u l-Arti. Il-MICAS se jitwettaq bis-saħħa ta’ restawr iffinanzjat mill-Istat ta’ swar storiċi u tal-galleriji tagħhom, u se jitlesta fl-2023. Dan il-proġett huma parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali – Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej 2014-2020.