Phyllida Barlow, għanda ħakma sew tal-iskultura u hi bbażata Londra, taqbad l-aktar materjali arbitrarji u skonnessi minn xulxin u tafdahom bis-setgħa li jsiru opri tal-arti. Il-konfigurazzjonijiet skulturali tagħha assolutament ma jagħmlux kompromessi, kif muri mill-mod kif jikkonfrontaw l-ispazju, donnu xogħolhom hu li jisfidawh. Ix-xogħlijiet ta’ Barlow jibdew jinftiehmu meta jibda jittieħed sens tal-ispazju, u l-għarfien tiegħu mingħajr kundizzjoni u strument relattivament indisturbat tar-realtà. Il-forom fantastiċi tagħha donnhom appik li jikkollassaw fl-ispazju, billi dan jaġixxi bħala l-fus ċentrali għall-eżistenza tagħhom. Barlow artista li tħalli l-wisa’ għall-inċertezza fil-mod kif taħdem bil-materjali tagħha spiss mormija jew inkella mħassra. Bl-intenzjoni li tħalli impressjoni tal-ammbizzjonijiet bla riżervi tagħha fuq in-newtralità tal-ispazju, xogħlijietha, b’dak l-ispirtu ta’ diżordni u ribelljoni li fihom, jimmuntaw u jarmaw il-fdalijiet minn luna park abbandunat.
MICAS in Conversation hija sensiela ta’ konverżazzjonijiet qosra bejn il-kritiku tal-arti Rajesh Punj u artisti Maltin u internazzjonali dwar l-effett implikanti tal-ispazju fuq il-prattika artistika tagħhom fl-isfond tal-pandemija tal-COVID-19 u dak kollu li ġġib magħha.
MICAS huwa proġett ta’ legat infrastrutturali mill-Gvern ta’ Malta għas-settur tal-Kultura u l-Arti. Il-MICAS se jitwettaq bis-saħħa ta’ restawr iffinanzjat mill-Istat ta’ swar storiċi u tal-galleriji tagħhom, u se jitlesta fl-2023. Dan il-proġett huma parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali – Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej 2014-2020.