L-artista Amerikana Michele Oka Doner tistedinna niċċelebraw ir-rigal għani tad-dinja naturali billi taħfen l-elementi kollha tad-dinja madwarna u tagħmilhom aktar permanenti. Oka Doner dejjem fehmet in-natura bħala neċessarja għall-iżvilupp tagħha, u l-karriera tagħha bdiet meta, ta’ tifla, kienet tiġbor intwittiavment l-affarijiet tan-natura madwarha li mbagħad kellhom isiru s-sinjali u s-simboli ta’ xogħolha. L-appartament spazjuż tagħha fi New York tarah bħala ‘laboratorju għall-ħajja’, fejn hemm tqis l-ispazju immedjat u ferm intimu tal-istudio bħala il-post naturali li fih trawwem il-kreattività tagħha, b’tali mod li d-dinja li tara lilhinn mit-tieqa tagħha ssir xbiha fil-mera tal-ispazji ta’ ħajjitha.

MICAS  in Conversation hija sensiela ta’ konverżazzjonijiet qosra bejn il-kritiku tal-artiRajesh Punj u artisti Maltin u internazzjonali dwar l-effett  implikanti  tal-ispazju fuq il-prattika artistika tagħhom fl-isfond tal-pandemija  tal-COVID-19 u dak kollu li ġġib magħha.  

MICAS huwa proġett ta’ legat infrastrutturali mill-Gvern ta’ Malta għas-settur tal-Kultura u l-Arti. Il-MICAS se jitwettaq bis-saħħa ta’ restawr iffinanzjat mill-Istat ta’ swar storiċi u tal-galleriji tagħhom, u se jitlesta fl-2022. Dan il-proġett huma parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali – Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej 2014-2020.

Vidjos Relatati

MICAS in Conversation: Sean Scully

MICAS in Conversation: Phyllida Barlow

Vidjos Oħra

MICAS Starts its Conversation with the World

MICAS in Conversation: Anne Hardy

MICAS in Conversation: Michele Oka Doner

MICAS in Conversation: Sean Scully

MICAS in Conversation: Phyllida Barlow

MICAS in Conversation: Caesar Attard

MICAS in Conversation: Joana Vasconcelos

MICAS in Conversation: Raymond Pitrè

MICAS in Conversation: Idris Khan

MICAS in Conversation: Ruth Bianco

MICAS in Conversation: Conrad Shawcross - It-tieni Parti

MICAS in Conversation: Conrad Shawcross

MICAS ART TALKS

Art Talk: Artists and their Archives

Conversations on the Rock

Sign up for
our Newsletter

No spam included.