Fl-għoxrinijiet tas-seklu 20, il-psikjatra u psikanalista Carl Jung introduċa l-idea li “il-ħolqien ta’ xi ħaġa ġdida ma jitwettaqx mill-intellett tagħna iżda mill-istint tal-logħob li jaħdem minħabba ħtieġa ġewwieni. Il-moħħ kreattiv jilgħab bl-oġġetti li jħobb.” B’aplomb kbir, Joana Vascencelos tħaddem ir-rifless li ‘tiġbor l-oġġetti bħala elementi essenzjali ta’ idea’. L-iskulturi ta’ Vasconcelos jidhru bħala memorjali moderni għal ħajjitna, bil-faċilità li għandhom li jesprimu l-komuni u l-ordinarju fil-qalba tal-arti kontemporanja. L-artista tara l-oġġetti personali tagħna bħala lesti biex jiġu interpretati mill-ġdid, bħala ‘readymades’ re-introdotti bħala arti.
MICAS in Conversation hija sensiela ta’ konverżazzjonijiet qosra bejn il-kritiku tal-arti Rajesh Punj u artisti Maltin u internazzjonali dwar l-effett implikanti tal-ispazju fuq il-prattika artistika tagħhom fl-isfond tal-pandemija tal-COVID-19 u dak kollu li ġġib magħha.
MICAS huwa proġett ta’ legat infrastrutturali mill-Gvern ta’ Malta għas-settur tal-Kultura u l-Arti. Il-MICAS se jitwettaq bis-saħħa ta’ restawr iffinanzjat mill-Istat ta’ swar storiċi u tal-galleriji tagħhom, u se jitlesta fl-2023. Dan il-proġett huma parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali – Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej 2014-2020.