L-artist Malti Caesar Attard jistqarr li ħoloq karriera mill-ħsieb mhux konvenzjonali, u billi rreaġixxa għar-realtà bis-saħħa tal-introduzzjoni ta’ azzjonijiet alternattivi bħala s-sisien tal-arti tiegħu. Ikkonċepixxa l-opri parteċipatorji bħala li, minħabba l-aġenda psewdoxjentifika tagħhom, kienu biss maħsuba biex jirreġistraw l-inerzja tal-udjenza tiegħu. Bħala artist immexxi minn ‘dagħdigħat ta’ naivetè akuta’, kif ukoll preferenza kbira għall-arbitrarju, Attard,sikwit ra ċ-ċertezza bħala ċ-ċediment ta’ dak li jkun għal ġejjieni mfassal u mbassar. Tul il-prattika tiegħu, Attard ħoloq kanonu ta’ tpinġijiet u skulturi, izda huma ix-xogholijiet tieghu bl-istruzzjoni li jidefinixxuh. Ghax dawn qatt ma huma għal kollox dwar l-ezitu izda huma intrinsikament, aktar marbuta ma proċess, fejn ideat arbitrarji ħafna jiġu applikati għal dak kollhu li nobsru li hu reali- u dan bħala soljev minn eżitu aktar mondan.
MICAS in Conversation hija sensiela ta’ konverżazzjonijiet qosra bejn il-kritiku tal-arti Rajesh Punj u artisti Maltin u internazzjonali dwar l-effett implikanti tal-ispazju fuq il-prattika artistika tagħhom fl-isfond tal-pandemija tal-COVID-19 u dak kollu li ġġib magħha.
MICAS huwa proġett ta’ legat infrastrutturali mill-Gvern ta’ Malta għas-settur tal-Kultura u l-Arti. Il-MICAS se jitwettaq bis-saħħa ta’ restawr iffinanzjat mill-Istat ta’ swar storiċi u tal-galleriji tagħhom, u se jitlesta fl-2023. Dan il-proġett huma parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali – Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej 2014-2020.