L-istallazzjonijiet skulturali ta’ Anne Hardy, hi ssejħilhom FIELDwork. Dawn l-istallazzjonijiet tista’ tidħol timxi fihom u jagħqdu materjali fiżiċi flimkien mad-dawl u l-ħoss sabiex joħolqu ambjenti immersivi u sensorji li fl-istess ħin huma konvinċenti u fraġli. Dawn l-istallazzjonijiet tqishom spazji li jħossu; seher li jiġi fis-seħħ sabiex isejjaħ enerġiji u atmosfera speċifiċi; ambjenti li jistgħu jiġu abitati temporanjament iżda li għandhom il-ħajja tagħhom infushom, u li jinbidlu lil hinn miż-żmien jew minn min iżurhom. Hardy tiddeskrivihom bħala ‘manifestazzjonijiet ta’ spazji psikoloġiċi’. Billi timmaġina l-belt bħala baħar kontinwament jimla u jofrogħ, b’xebh ma‘ kif jaħdem l-inkonxju tagħna, toħloq verżjonijiet alternattivi tad-dinja ta’ kuljum tagħna billi tuża l-iskart u l-fdalijiet mit-toroq u l-ibliet: materjali u oġġetti, ħsejjes u ħwejjeġ oħra intanġibbli li ssib f’rkejjen u spazji battala minsijin fil-blet, postijiet li tiddeskrivihom bħala ‘vojt ta’ spazju selvaġġ…fejn jinġabru t-trufijiet, is-sentimenti u l-ħsibijiet’. Għal Hardy, dan il-‘vojt’ jirrappreżenta spazji ta’ ħelsien, li jinkarnaw il-possibbiltà ta’ eżistenza fluwida bejn stati ta’ essri, u ta’ trasformazzjonijiet sottili u definiti fuq livell perċettiv u enereġetiku – li tħoss u taħseb mod ieħor. Liquid Landscape (2018 sa llum) ġiet oriġinarjament ikkummissjonata mill-Mużew Boijmans Van Beuningen ta’ Rotterdam, u tgħaqqad oġġetti u ħsejjes miġbura minn dik il-belt portwali, flimkien mal-esperjenza ta’ maltempata tropikali f’Londra, biex issawwar FIELDwork li tuża l-idea ta’ belt kważi taħt l-ilma, u klima barra minn postha, bħala mod kif jiġu kkunsidrati il-fraġilità, ir-reżiljenza u l-emozzjonijiet jinbidlu. Il-ħoss surround, id-dawl u r-riħ jiġu kkoreografati sabiex jissuġġerixxu sekwenza ta’ atmosferi jinbdilu, li qed jgħixu flimkien ma’ spazju fiżiku ddefinit u msawwar mill-kulur. Il-viżitaturi jintalbu jinżgħu iż-żarbun qabel jidħlu, għax kif tinnota Hardy “meta tneħħi ż-żarbun, tiġi aktar vulnerabbli u sensittiva; issir parti mill-istallazzjoni”. Tkompli tgħid: “Irrid li x-xogħol itik is-sensazzjoni li qed jaħdem biex jitwettaq quddiemek u madwarek; li huwa essri poetiku li tista’ tgħaddi ż-żmien miegħu imma li qatt ma tista tifhmu għal kollox”.

MICAS In Conversation hija sensiela ta’ konverżazzjonijiet qosra bejn il-kritiku tal-arti Rajesh Punj u artitsi Maltin u internazzjonali dwar l-effett implikanti tal-ispazju fuq il-prattika artistika tagħhom fl-isfond tal-pandemija tal-COVID-19 u dak kollu li ġġib magħha.

MICAS huwa proġett ta’ legat infrastrutturali mill-Gvern ta’ Malta għas-settur tal-Kultura u l-Arti. Il-MICAS se jitwettaq bis-saħħa ta’ restawr iffinanzjat mill-Istat ta’ swar storiċi u tal-galleriji tagħhom, u se jitlesta fl-2022. Dan il-proġett huma parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali – Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej 2014-2020.

Vidjos Relatati

MICAS in Conversation: Michele Oka Doner

MICAS in Conversation: Sean Scully

Vidjos Oħra

MICAS Starts its Conversation with the World

MICAS in Conversation: Anne Hardy

MICAS in Conversation: Michele Oka Doner

MICAS in Conversation: Sean Scully

MICAS in Conversation: Phyllida Barlow

MICAS in Conversation: Caesar Attard

MICAS in Conversation: Joana Vasconcelos

MICAS in Conversation: Raymond Pitrè

MICAS in Conversation: Idris Khan

MICAS in Conversation: Ruth Bianco

MICAS in Conversation: Conrad Shawcross - It-tieni Parti

MICAS in Conversation: Conrad Shawcross

MICAS ART TALKS

Art Talk: Artists and their Archives

Conversations on the Rock

Sign up for
our Newsletter

No spam included.