Ir-raba’ edizzjoni tal-Weekend Internazzjonali tal-Arti tal-MICAS ċċelebrat x-xogħol tal-artista Amerikana Michele Oka Doner: The Palm Goddess for Malta. 

Imwielda u mrobbija Miami, Michele Oka Doner hija artista rinomata internazzjonalment b’karriera mifruxa fuq sitt deċennji. Xogħolha huwa mmexxi minn studju u apprezzament tul ħajjitha tad-dinja naturali li minnha tiġbed il-vokabolarju formali tagħha. Il-medda tal-produzzjoni artistika tagħha tiġbor fiha l-iskultura, it-tpinġija, l-arti pubblika, oġġetti funzjonali, video, kotba tal-artisti, u d-disinn tas-sett u l-kostumi. Magħrufa sew għall-ħolqien ta’ bosta installazzjonijiet permanenti tal-arti madwar l-Istati Uniti. 

The Palm Goddess for Malta hija xogħol tal-arti li jħaddan it-tradizzjoni figurattiva tal-imgħoddi antik. L-iskultura titnebbaħ ukoll mill-weraq monumentali tal-Phoenix dactylifera, palma li tinstab fil-gżejjer Maltin. Din il-forma astratta imma definittivament femminili hija għolja madwar 4 metri, figura tielgħa ’l fuq u miżmuma minn ‘zokk’ ta’ madwar żewġ metri li jissimbolizza t-tkabbir mill-ħamrija Maltija. Bħal ma l-biċċa l-kbira tas-sejbiet arkeoloġiċi jirrappreżentaw divinità, xi ħaġa sagra, The Palm Goddess tinkarna l-aspirazzjoni umana u x-xewqa li tittella’ ’l fuq u titmexxa ’l quddiem mill-espressjoni kreattiva. L-opra qiegħda installata Pjazza Teatru Rjal, il-Belt.

Aktar hawn: micas.art/mt/exhibitions

Vidjos Relatati

MICAS in Conversation | Michele Oka Doner | 2020

Vidjos Oħra

Conversation on the Rock | Taħdita | MICAS | 2018

Art Talks| Taħditiet | MICAS | 2019

Artists and their Archive | Taħdita | MICAS | 2019

MICAS in Conversation | Conrad Shawcross | L-ewwel parti | 2020

MICAS in Conversation | Conrad Shawcross | It-tieni parti | 2020

MICAS in Conversation | Ruth Bianco | 2020

MICAS in Conversation | Idris Khan | 2020

MICAS in Conversation | Raymond Pitrè | 2020

MICAS in Conversation | Joana Vasconcelos | 2020

MICAS in Conversation | Caesar Attard | 2020

MICAS in Conversation | Phyllida Barlow | 2020

MICAS in Conversation | Sean Scully | 2020

MICAS in Conversation | Michele Oka Doner | 2020

MICAS in Conversation | Anne Hardy | 2021

MICAS Starts its Conversation with the World

Cristina Iglesias | Intervista | MICAS | 2021

In Conversation with Cristina Iglesias | Vox Pop | MICAS | 2021

In Conversation with Cristina Iglesias | Taħdita| MICAS | 2021

Annual Fundraising Dinner | Vox Pop | MICAS | 2021

Annual Fundraising Dinner | Vox Pop | MICAS | 2021

Michele Oka Doner | Interview | MICAS | 2022

In Conversation with Michele Oka Doner | Taħdita | MICAS | 2022

Sign up for
our Newsletter

No spam included.