Nota mis-SACES

29 ta' April 2022

Bħala SACES, is-Soċjetà tal-Arkitettura u l-Inġinerija Ċivili, ikkollaborajna mal-MICAS biex nistiednu lill-istudenti għal esponiment esklussiv fuq il-post għall-proġett arkitettoniku tal-ispazju għall-arti li għaddej bħalissa fil-Floriana. 

Kull sena, naħdmu biex nipprovdu  opportunitajiet fuq il-post varjati għall-istudenti tal-fakultà tagħna, u tesponihom kemm jista’ jkun għan-naħa prattika tal-industrija tagħna. Bis-saħħa taż-żjara fuq is-sit tal-MICAS, l-istudenti setgħu jifhmu l-isfidi tad-disinn u tal-kostruzzjoni attribwiti lill-prattika tal-konservazzjoni. 

Permezz tal-preżentazzjoni professjonali dwar id-disinn, l-istudenti tagħna setgħu japprezzaw ix-xogħol involut fil-preservazzjoni tal-valur storiku, filwaqt li xorta tiġi pprovduta funzjoni arkitettonika ġdida għas-sit. Bħalissa dan qed jiġi propost fuq skeda ta’ żmien ta’ kostruzzjoni b’erba’ fażijiet, li matulha s-sit se jinbidel f’mużew tal-arti kontemporanja. 

Nixtiequ nesprimu l-apprezzament tagħna lejn il-MICAS għal kollaborazzjoni ta’ suċċess bħal din. Nistennew bil-ħerqa li naħdmu flimkien fil-futur qarib.  

SACES

Sign up for
our Newsletter

No spam included.