OLYMPUS DIGITAL CAMERA

Il-veteran tal-mużewijiet Timothy Rub se jagħti l-lekċer ewlenija tal-Weekend Internazzjonali tal-Arti tal-MICAS

19 ta' Ottubru 2023

Id-Direttur tal-Mużewijiet Amerikan Timothy Rub se jagħti l-lekċer ewlenija Preserving the Past/Programming for the Future tal-ħames edizzjoni tal-Weekend Internazzjonali tal-Arti tal-MICAS

Il-MICAS, issa li appik li jiftaħ bil-kbir fl-2024, se jbiddel il-perċezzjoni tal-komunità u tal-post fejn jinsab? U l-eżistenza tiegħu kif tista’ tħalli impatt fuq id-dinamiċi tad-dinja tal-arti, jew kif, bħala istituzzjonji pubblika ġdida f’Malta jista’ jrawwem investiment akbar?

Dawn it-temi, ċertament li se jkunu parti minn diskussjoni rikka li se ssegwi l-lekċer ewlenija tad-Direttur tal-Mużewijiet Amerikan rinomat Timothy Rub, il-George D. Widener Direttur Emeritu tal-Philadelphia Museum of Art, li se tingħata fil-ħames edizzjoni tal-Weekend Internazzjonali tal-Arti tal-MICAS, wara stedina mill-MICAS.

Rub, irtira riċentament wara 13-il sena jmexxi wieħed mill-mużewijiet tal-arti enċiklopediċi l-aktar importanti fid-dinja, il-Philadelphia Museum of Art. Waqt il-lekċer se jesplora l-ħtieġa tal-mużewijiet u l-istituzzjonijiet tal-arti mingħajr skop ta’ qligħ li jħarsu ’l quddiem kif ukoll lura, biex jippreżervaw il-wirt tagħhom waqt li jistinkaw biex jirriflettu kontinwament l-aspettattivi dejjem jevolvu tal-kostitwenzi u l-komunitajiet li huma jservu.

Matul il-karriera twila tiegħu, Rub kien magħruf bħala wieħed mill-aktar mexxejja kulturali sinifikanti u ispiranti ta’ żmienu. L-esperjenza rikka li kiseb mhux biss mit-tmexxija tal-Philadelphia Museum of Art, imma anki permezz ta’ rwoli ta’ direttur li kellu fil-Cleveland Museum of Art, iċ-Cincinnati Art Museum, u l-Hood Museum of Art tal-Kulleġġ ta’ Dartmouth għaġnu l-fehim profond tiegħu tan-natura u l-għanijiet ta’ mużewijiet tal-arti, u l-imperattiva għar-riinvenzjoni kostanti tagħhom bħala rispons għall-aspettattivi dejjem jinbidlu tas-soċjetajiet, kemm lokali u globali li huma jservu.

F’Settembru tal-2009, Rub sar it-13-il Direttur tal-Philadelphia Museum of Art. Huwa rtira fl-2022, wara li lesta kampanja ta’ ġbir ta’ kapital li laħqet aktar minn $600 miljun, u rinovazzjoni u riorganizzazzjoni estensiva tal-interjuri tal-bini ewlieni tal-mużew, iddiżinjat minn Frank Gehry.

Għal din il-lekċer ewlenija, Rub se juża l-programmi ta’ bini u espansjoni li huwa ħa ħsieb bħala direttur bħala każi ta studju, minħabba li l-lekċer b’illustrazzjonijiet se tindirizza l-isfidi mill-mużewijiet mhux biss biex sempliċiment jippreżervaw il-passat, imma anki – u aktar importanti –biex iwaħħdu dan ma’ konverżazzjoni kreattiva dwar il-preżent bil-għan li jinvolvu udjenzi ġodda. Huwa se jargumenta li l-impenn lejn il-kontinwità, huwa l-muftieħ biex jintlaħaq dan l-għan.

Wara l-lekċer se jkun hemm sessjoni qasira ta’ mistoqsijiet u tweġibiet, u wara waqfa qasira, se jkun hemm diskussjoni minn panel li jinkludi lil Timothy Rub, Waqas Wajahat, Dr Georgina Portelli, u l-artist Brittaniku kontemporanju magħruf Conrad Shawcross, li x-xogħol tiegħu What is to become is already here se jinkixef f’din il-ħames edizzjoni tal-Weekend Internazzjonali tal-Arti tal-MICAS. Id-disussjoni se tkun immoderata mid-Direttriċi Artistika tal-MICAS, Edith Devaney.

“Il-panel se jiddiskuti l-arja wiesgħa tal-iżvilupp ta’ organizzazzjonijiet artistiċi ġodda u eżistenti, u se jesplora kif żviluppi bħal dawn jevolvu r-relazzjoni tagħhom mal-komunitajiet, kemm artistiċi kif ukoll pubbliċi li huma jservu,” qalet Edit Devaney, li elenkat lista ta’ temi li se jkunu mqanqla mil-lekċer ta’ Rub.

Fost dawn hemm il-mod kif proġetti bħal dawn jistgħu jbiddlu l-perċezzjoni tal-komunità u l-post fejn jinsabu; u sa liema punt l-edukazzjoni, inkluż dik tul il-ħajja għall-adulti hija fokus ewlieni ta’ żviluppi ġodda ffokati fuq l-arti, kif ukoll x’mekkaniżmi l-universitajiet u l-iskejjel jistgħu jinvolvu u jinteraġixxu bihom ma’ organizzazzjonijiet artistiċi b’mod sinifikanti.

Id-diskussjoni se tindirizza wkoll l-ekoloġija ġenerali tad-dinja tal-arti, li tinkludi galleriji kummerċjali, djar tal-irkant u kollezzjonisti, u kif l-appoġġ u l-investiment tagħhom fis-settur mingħajr skop ta’ qligħ, jista’ jagħġen pożittivament lill-istituzzjonijiet pubbliċi.

“Il-pożizzjoni tal-artist f’dan il-kuntest se jiġi wkoll esplorat, inkluż kif istituzzjonijiet globali differenti jipprovdu varjetà wiesgħa ta’ ambjenti biex jiġi eżebit xogħol fihom, u kif is-sens ta’ komunità u l-istorja tal-istituzzjoni u l-post jistimula approċċi differenti fl-għazla u l-eżebizzjoni tal-arti,” żiedet Devaney.

INGĦAQAD MAGĦNA
Id-data: Is-Sibt, 28 ta’ Ottubru 2023
Il-ħin: 10:00 – 13:00 (il-kafè se jkun servut fid-9:30)
Il-lokazzjoni: Il-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta
Il-post: Il-Gran Salone
Il-ħlas: B’xejn, ibbukkja hawnhekk.

Se jkunu wkoll ipprovduti KAFÈ BĦALA MERĦBA u SERVIZZI GĦAT-TFAL.

Preserving the Past/Programming for the Future hija parti mill-Weekend Internazzjonali tal-Arti tal-MICAS u hija appoġġjata mill-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), id-Direttorat tar-Restawr, Visit Malta u Heritage Malta.

Sign up for
our Newsletter

No spam included.