Patrik Fredrikson u Ian Stallard
4 ta' Ottubru 2018
Fredrikson Stallard: Patrik Fredrikson u Ian Stallard bdew il-kollaborazzjoni tagħhom fl-1995 u issa huma rikonoxxuti internazzjonalment bħala esponenti ewlenin tal-arti u d-design avant-garde Britanniċi. Magħrufin għall-ħila li jittraduċu l-kreattività tagħhom fi skultura, għamara u disinn tal-prodott li jkunu sempliċi iżda li jinvolvuk emozzjonalment. Xogħolhom innovattiv, rivoluzzjonarju u rigoruż spiss ġie diskuss u mfaħħar fuq l-istampa tad-design, u huwa mfittex sew mill-kollezzjonisti sew mill-produtturi tal-għamara.
Fredrikson Stallard eżebixxew fʼ bosta postijiet, fosthom Londra, Milan, Pariġi, Madrid, New York, San Francisco, Shanghai, Beijing, Basel u Miami. Xogħolhom inkiseb darbtejn mill-Kollezzjoni Nazzjonali Franċiża tal-Arti u darbtejn mill-Victoria and Albert Museum, u ntwera fid-Design Museum taʼ Londra, MOMA u l-Museum of Art and Design taʼ New York.
Fredrikson Stallard rebħu xi wħud mill-aktar premjijiet prestiġġjużi tad-design, fosthom ir-Red Dot Design Award u The Arts Foundation Furniture Design Fellowship, kompetizzjoni li ssir biss kull għaxar snin. Xogħolhom ġie vvutat fost l-aqwa għaxar designs tal-aħħar deċennju minn The Financial Times, ġew nominati għal Designer of the Year mid-Design Museum u inklużi fit-tliet designs l-aktar kollezzjonabbli mill-HSBC Private Bank.
Fost il-klijenti tagħhom hemm l-akbar ismijiet fid-design kontemporanju, bħal Swarovski, David Gill Gallery, Brioni, Jaguar, Driade, Chanel, Gieves & Hawkes, Veuve Clicquot, Wallpaper*, Comme des Garçons, Driade, The British Independent Film Awards, Dunhill, The London Design Festival, Bernhardt Design, Contrast Gallery, Tools Gallery, Mitterand & Cramer, The Savoy Hotel, Soho & Tribeca Grand, Tarkett u Iittala.
Xogħolhom ġie rrappurtat estensivament fuq l-istampa, kif ukoll deher fʼkotba u pubblikazzjonijiet bħal The International Design Yearbook, The Furniture Machine by Gareth Williams, Collection Design in a Contemporary Market, 21st Century design taʼ Marcus Fairs, The New York Times, Art & Auction, Architectural Digest, Vogue, Wallpaper*, Vanity Fair, Art Review, Interni, ID u bosta oħrajn.
Ritrat: Roger Deckker