Michele Oka Doner
14 ta' Settembru 2022
Michele Oka Doner hija artista magħrufa mad-dinja b’karriera mifruxa fuq sitt deċennji. Xogħolha jitmexxa minn studju u apprezzament tul ħajjitha tad-dinja naturali, minn fejn tiġbed il-vokabolarju formali tagħha.Il-firxa tal-produzzjoni artistika tagħha tinkludi l-iskultura, it-tpinġija, l-arti pubblika, oġġetti funzjonali, video, kotba tal-artisti, u d-disinn tas-sett u tal-kostumi. Magħrufa għal bosta installazzjonijiet permanenti madwar l-Istati Uniti, fosthom Flight fir-Reagan International Airport, Arlington, VA; Radiant Site fl-istazzjon MTA ta’ Herald Square, New York; u l-mogħdija tal-bronż u t-terrazzo twila mil u kwart, A Walk on the Beach, fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Miami u li kull sena jarawha 40 miljun vjaġġatur. Xogħol Oka Doner jinsab fil-kollezzjonijiet tal-Museum of Modern Art, il-Metropolitan Museum, il-Whitney Museum of American Art, l-Art Institute of Chicago, il-Musée des Arts Décoratifs tal-Louvre, il-Victoria & Albert ta’ Londra, u l-mużewijiet tal-arti tal-universitajiet ta’ Oxford, Michigan, Yale u Harvard, fost oħrajn. Irċeviet bosta premji, fosthom mill-United Nations Society of Writers and Artists, il-Pratt Institute, in-New York State Council of the Arts u n-Knight Foundation. Fl-2016 ingħatat dottorat onorarju fl-arti mill-Università ta’ Michigan fejn kienet ġabet l-ewwel lawrija u l-MFA. Oka Doner hija l-awtriċi jew is-suġġett ta’ bosta kotba, fosthom Everything Is Alive (2017, Regan Arts) u Intuitive Alphabet (2017,Tra Publishing). Imwielda u mrobbija Miami Beach, Michele Oka Doner inħatret Gwardjana tas-Siġra Ċentinarja tal-Banjan ta’ Miami Beach u fl-2021 rrappreżentat lil Miami Beach bħala Ambaxxatriċi għall-Arti u l-Kultura. Għandha studio u residenza f’New York City.
Ritratt: Bruce Weber. Bil-korteżija ta Doner Studio, New York.