Georgina Portelli

4 ta' Ottubru 2018

Georgina Portelli speċjalista fil-formazzjoni tal-kunċetti, ir-rappreżentazzjoni tal-lingwa u l-multilingwiżmu, u għandha PhD (Psych) mill-Università ta’ Londra. Ħadmet estensivament fl-oqsma tal-edukazzjoni, il-komunikazzjoni u l-iżvilupp tal-kunċetti, kif ukoll fis-settur kulturali u kreattiv bħala riċerkatriċi, editriċi u konsulenta. Bħala kuratriċi indipendenti, għandha interess speċjali fl-arti interattiva, il-memorja u l-konfini nnegozjati tal-innifsi, l-alterità radikali u l-politika tal-ispustament. Xogħolha bħalissa jikkonċentra fuq l-istudji tad-dijaspora u l-memorja, il-kultura għall-inklużjoni soċjali, l-isponsorizzazzjoni għall-arti, u l-ħolqien ta’ sħubijiet kreattivi bejn l-arti, ix-xjenza u dixxiplini oħrajn.

Georgina bħalissa hi membru fuq il-bord tal- MICAS (Malta International Contemporary Art Space). Tappoġġja attivament il-kreattività u l-arti kontemporanja, u hi membru fundatur ta’ ISTRA, fondazzjoni tal-arti kontemporanja u tar-riċerka li tagħha hi l-ko-president għar-riċerka.

Sign up for
our Newsletter

No spam included.