the radiant
Ugo Rondinone

13 October 2018 – 31 December 2023

Share this page

Il-figura tal-ġebel hija l-aktar rappreżentazzjoni arketipika tal-forma umana; simbolu elementali tal-ispirtu uman, marbut mal-art iżda mitiku fl-immaġinazzjoni. Il-figura tal-ġebel għal Malta, bit-titlu the radiant, turi l-figura umana fl-aktar forma elementali u arkajka, bl-użu tal-materjal l-aktar antik, il-ġebla. Is-sulfat tar-ram (bluestone) jinqata’ fi blokok li jitqiegħdu waħda fuq l-oħra biex isawru l-figura umana. Il-modi li biha nħadmet il-ġebla jibqgħu jidhru għal min qed jara l-opra u mhumiex oskurati mill-manipulazzjoni u l-ġarr li jseħħu wara. Il-ħofor, id-daqqiet, u l-qasmiet huma traċċi viżibbli tax-xogħol fil-barrieri fejn il-blokok ittieħdu mill-art. Dan x-xogħol jippermetti lill-ġebel ikun dak li hu: tqil, aħrax u mmarkat mir-riħ u l-elementi.

“the radiant niddedikaha lit-tfal Maltin – tagħhom il-ġejjieni.” Ugo Rondinone

the radiant ta’ Ugo Rondinone inkixfet waqt il-Weekend Internazzjonali tal-Arti tal-MICAS 2018.

IPPJANA Ż-ŻJARA TIEGĦEK

Post: Ġonna ta’ Sa Maison, Triq Sa Maison, il-Furjana
Dħul: B’xejn. M’hemmx bżonn tibbukkja
Ħinijiet ta’ ftuħ:
1 t’Ottubru sa 31 ta’ March: mit-Tnejn sal-Ħadd, 07:00 to 17:00
1 ta’ April sa 30 ta’ Settembru: mit-Tnejn sal-Ħadd, 07:00 to 19:00
Għal aktar informazzjoni: info@micas.art

Xbiha: Ugo Rondinone, the radiant, 2018. Medium: bluestone, konkrit, azzar. Post: il-Ġnien ta’ Sa Maison, Floriana, Malta. 
Ħajr għar-ritratt: Sean Mallia.  Ħajr lil Malta International Contemporary Art Space, Studio Rondinone.

Dwar l-artist/a

Ugo Rondinone

Ugo Rondinone twieled fl-1964 fi Brunnen, l-Iżvizzera u bħalissa jgħix u jaħdem New York. Rondinone kellu bosta wirjiet individwali dan l-aħħar fpostijiet bħal:  Fundación Casa Wabi, Puerto Escondido, il-Messiku; Arken Museum of Modern Art, Ishøj, id-Danimarka; Bass Museum of Art, Miami; Berkeley Art Museum and Pacic Film Archive, Berkeley, California; Contemporary Arts Center, Cincinnati, Ohio; Garage Museum of Contemporary Art, Moska; Place Vendôme, Pariġi; MACRO u Mercati di Traiano, Ruma; The Institute of Contemporary Art, Boston; Carré dArt, Nîmes, Franza; Museum Boijmans van Beuningen, Rotterdam; Museum Anahuacalli, Belt il-Messiku; Rockbund Art Museum, Shanghai; M Museum, Leuven, il-Belġju; Museum of Cycladic Art, Ateni; Kunsthistorisches Museum Wien, Vjenna; u Museum Dhondt-Dhaenens, Deurle, il-Belġju.

Fl-2016, ix-xogħol pubbliku fil-kobor ta Rondinone seven magic mountains fetaħ barra Las Vegas, koprodott mill-Art Production Fund u n-Nevada Museum of Art. Is-sena ta wara, Rondinone ħa ħsieb il-kurazzjoni ta wirja madwar il-belt, Ugo Rondinone: I John Giorno, li ġiet ippreżentata l-Artists Space, High Line Art, Howl! Happening, Hunter College Art Galleries, the Kitchen, New Museum, Red Bull Arts New York, Rubin Museum of Art, Sky Art, Swiss Institute, White Columns u 80WSE Gallery, kollha fi New York.

Ritratt ta Christian GrundĦjar lil Rondinone Studio.

Sign up for
our Newsletter

No spam included.