MY MASK & ME

MY MASK & ME

Wirja online dwar il-pandemija li għaddejja bħalissa minn għajnejn it-tfal u l-arti tagħhom

#MicasForKids

Share this page

Valur fundamentali tal-ethos tal-MICAS huwa impenn ċar għall-inklużjoni soċjali, billi jaħdem biex jipprovdi opportunitajiet għal aċċess u parteċipazzjoni wesgħin fl-arti. Il-parteċipazzjoni fl-arti tgħin biex tirrimedja għall-inugwaljanza filwaqt li żżid l-impenn soċjali u l-benesseri. L-arti tista’ tgħin biex tiġi interpretata d-dinja li ngħixu fiha anke fi żminijiet ta’ avversità. Bħala promotur tal-kreattività, l-inklużjoni u d-drittijiet tat-tfal, il-MICAS jagħti valur kbir lill-perspettiva tat-tfal bħala kontributuri validi għall-komunitajiet tagħhom. Ninsabu mimilja bl-entużjażmu biex niċċelebraw il-kreattività tat-tfal u niżguraw li l-vuċijiet u l-esperjenzi tagħhom jinstemgħu. Irridu niċċelebraw lit-tfal bħala atturi soċjali proattivi, filwaqt li nfittxu li ninvolvu ruħna mat-tfal bħala dawk li jipprovdu l-għarfien u dawk li jsawru t-tifsir. F’dan l-ispirtu u sabiex jintwera u jiġi ddokumentat ix-xogħol notevoli maħluq mit-tfal b’rispons għall-pandemija tal-COVID-19, il-MICAS kburi li qed jospita wirja online tax-xogħol tal-arti kollu li rċieva għall-MICAS Design a Mask Challenge. ‘MY MASK & ME’ hija wirja li turi dawn is-730 xogħol sabiħ. Il-wirja tipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-aspirazzjonijiet u t-tħassib tat-tfal li jgħixu f’Malta hekk kif esperjenzaw iż-żminijiet diffiċli tal-pandemija matul ix-xitwa tal-2021. Dawn it-tfal, li għandhom bejn ħames snin u sittax-il sena, esprimew b’mod kreattiv permezz tal-arti, ir-riflessjonijiet tagħhom dwar ir-realtajiet il-ġodda u t-tfixkil sinifikanti li kienu qed jesperjenzaw fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum. Din il-wirija impressjonanti ta’ kreattività għandna għalxiex niċċelebrawha u l-MICAS huwa ugwalment impenjat li juri l-arti tat-tfal bħala parti valorizzata tal-kontenut tal-programm tiegħu.

Bħala organizzazzjoni kulturali pubblika ġdida, il-MICAS ilu, sa mit-tnedija tal-kunċett tiegħu fl-2018, jaħdem b’mod kostanti biex jikkomunika mat-tfal u jibni relazzjoni ta’ valur magħhom u mal-edukaturi, il-komunitajiet tal-iskola, il-familji u dawk li jieħdu ħsiebhom. L-edukazzjoni qiegħda fil-qalba tal-missjoni tal-MICAS u beħsiebna nkomplu dan l-impenn aħna u nkomplu nikbru.

 

Dr Georgina Portelli
MICAS Creative Committee

Ir-Rebbieħa

Nixtieq …

(Grupp 5 - 8)

Id-dinja tiegħi

(Grupp 9 - 12)

X’nara minn kamarti

(Grupp 13 - 16)

Nixtieq …

(Grupp 5–8)

Id-dinja tiegħi

(Grupp 9 - 12)​
Sign up for
our Newsletter

No spam included.