Profile image of Conrad Shawcross

Conrad Shawcross

9 ta' Lulju 2020

L-iskulturi RA ta’ Conrad Shawcross (mwieled fl-1977) huma mogħtija dehra ta’ razzjonalità xjentifika u jesploraw suġġetti li jinsabu fuq il-konfini tal-ġeometrija u l-filosofija, il-fiżika u l-metafiżika. L-istrutturi tal-artist huma mnebbħa minn teknoloġiji differenti u għandhom mnejn iżommu, almenu fid-deher, l-awtorità tal-magni: madankollu, jibqgħu enigmatiċi, mimlijin paradoss u stagħġib. Xi wħud iqanqlu sensazzjoni malinkonika assurdista, filwaqt li oħrajn itendu lejn is-sublimi, fejn jissostitwixxu l-purament funzjonali għall-esperjenza fenomenoloġika. Fix-xogħol tiegħu, Shawcross wettaq tribut lil xi wħud mill-pijunieri u l-analisti l-kbar, u kkunsidra mumenti jew figuri speċifiċi mill-passat. Fl-aħħar mill-aħħar, l-arti ta’ Shawcross tqajjem mistoqsijiet dwar dak li inqisuh bħala fatt u tinkoraġġina nħarsu lil hinn mill-fiżiku.

Shawcross ħadem fuq għadd ta’ kummissjonijiet pubbliċi kbar, fosthom Paradigm barra l-Francis Crick Institute f’Londra and l-Exploded Paradigm għolja 18-il metru fl-atriju tal-Comcast Technology Center f’Philadelphia. Kellu wirjiet madwar id-dinja, fosthom il-Palais de Tokyo f’Pariġi, il-Mori Art Museum if’Tokyo, il-Museum of Old and New Art fit-Tażmanja, Wadsworth Atheneum f’Connecticut, USA, in-National Gallery ta’ Londra, u ARTMIA f’Beijing. L-aġenti li jirrappreżentawh huma Victoria Miro f’Londra u Tucci Russo fl-Italja.

Ritratt: Marc Wilmot. Bil-permess ta Conrad Shawcross.

Sign up for
our Newsletter

No spam included.