Iċ-Ċelebrazzjoni Sajfija tal-MICAS

21 ta' Ġunju 2019

Share this page

Iċ-Ċelebrazzjoni tas-sajf tal-MICAS se jiftaħ fil-MUŻA b’taħdita dwar l-arti minn Edith Devaney, il-kuratriċi tal-kontemporanju u kap tal-wirja tas-sajf tar-Royal Academy of Arts ta’ Londra. Wara jkun hemm it-tnedija ta’ Jumpstart: An Incomplete Timeline u riċeviment fi Pjazza Kastilja. Iċ-Ċelebrazzjoni Sajfija tal-MICAS qed isseħħ f’kollaborazzjoni mal-Valletta Cultural Agency u qed tiġi appoġġjata minn Heritage Malta u Spazju Kreattiv.

Tista’ tirreġistra bla ħlas biex tattendi għaċ-Ċelebrazzjoni Sajfija tal-MICAS billi tibgħat email lil events@micas.art. Tintbagħtlek stedina mal-konferma tar-reġistrazzjoni li tkun tista’ tuża biex tidħol għall-avveniment, billi tippreżentaha mal-bieb. Egħluq ta’ registrazzjoni: 19 ta’ Ġunju 2019. Ir-registrazzjoni obbligatorja minhabba li l-ispazju limitat. Għal kull mistoqsija, jekk jogħġbok ċempel fuq 21242183.

MICAS Art Talk: Artists and their Archives (L-Artisti u l-Arkivji tagħhom)

Edith Devaney, kuratriċi tal-kontemporanju u kap tal-wirja tas-sajf tar-Royal Academy of Arts ta’ Londra, se tiddiskuti l-importanza tal-arkivji personali tal-artisti, l-intervisti rrekordjati u l-korrispondenza tagħhom, u jekk l-artisti humiex arkivisti tajbin, fost bosta temi oħrajn. Sejra wkoll taqsam magħna aspetti mill-esperjenza tagħha fil-ħidma fir-Royal Academy of Arts ta’ Londra ma’ artisti magħrufin bħal Jasper Johns, David Hockney, u Phyllida Barlow, fost l-oħrajn.

Post: MUŻA (il-bitħa), Auberge d’Italie, Triq il-Merkanti, Valletta

Ħin: 19:00 – 20:30

Jumpstart: An Incomplete Timeline – Summer Celebration

JUMPSTART: An Incomplete Timeline hija installazzjoni viżiva, projettata fuq il-faċċata tal-Kavallier ta’ San Ġakbu, ta’ linja taż-żmien li tiċċelebra x-xogħol ta’ sawwara tat-tifsir modernisti u kontemporanji fl-arti Maltija mill-1958 sal-2017. Bis-saħħa ta’ metodoloġija komparattiva viżiva u elementi ta’ mmappjar, tippreżenta mumenti ewlenin tal-arti li għandhom rilevanza għax-xena kontemporanja f’Malta, mqegħdin flimkien ma’ avvenimenti nazzjonali u internazzjonali sinfikattivi. JUMPSTART: An Incomplete Timeline hija kkurata minn Katya Micallef u Georgina Portelli u fiha materjal mill-arkivji personali jew tal-familji ta’ artisti Maltin, minn ta’ kuraturi, galleristi u ta’ ċittadini-arkivisti, kif ukoll mill-Kollezzjoni Nazzjonali

Post: Pjazza Kastilja, Valletta

Ħin: 20:30 – 23:00

Sign up for
our Newsletter

No spam included.